Sunday, January 9, 2011

         The Philosophy
          of Cosmic Spirituality (2014) 




What did the ancient philosophers in Classical Greece think about God? Why was their concept so different from that which many of us uphold today? What do the sacred Eastern books and Eastern philosophers have to say in this regard? What exactly are Brahmanism and Taoism? What are karma, eternal recurrence, reincarnation and free will? What is the human consciousness? What were the Buddha’s teachings and how did his teachings influence the spiritual formation of Jesus?






These are some of the questions which we will try to answer in this book, with the helping hand of scientific theories and historical facts which will strengthen the fact that in spite of the many extant religions and philosophies, cosmic spirituality will always be one and common to all; a cosmic spirituality that was taught by Buddha, Jesus and the greatest spiritual teachers of all time.

Anton Sammut



“In this philosophical treatise, author Anton Sammut investigates The Philosophy of Cosmic Spirituality, acting as an eye-opener to this age-old concept. In a very clear and quite new approach, this book therefore leads us to better understand the fact that man forms part of mankind everywhere and forever; and that in any dimension – even in a philosophical-spiritual one – he faces the same dilemmas and questions which shape the culture in which he lives. Consequently it goes without saying that in this work, Sammut does not limit himself only to spiritual and philosophical traditions of the West, but also roams further afield and looks at the Far East, to spiritual and philosophical traditions which are far older than those usually explored in Western traditions, such as Hinduism and Buddhism, which emphasise that their roots are indeed found in this cosmic law which gives birth to all beliefs which base themselves on the good. Therefore, from this aspect, I must thank wholeheartedly all those who, like Mr Anton Sammut, create awareness of this recognition which is truly unique in the environment we find ourselves living today.”

 - Prof. Michael Zammit
Department of Philosophy, University of Malta
                                                           

                           
Il-Filosofija
tal-Ispiritwalità Kożmika (2013)




X’kienu jaħsbu l-filosfi tal-Greċja Klassika fuq Alla jew l-Assolut? Għaliex dan il-kunċett ta’ Alla kien tant differenti minn dak li ħafna minna nifhmu bih illum? X’jgħidulna l-kotba sagri u l-filosfi tal-Orjent fuq dan ir-rigward? X’inhu l-Brahman u t-Tao? X’inhi l-karma, ir-rikorrenza eterna, ir-rinkarnazzjoni, u l-Konoxxenza tal-Bniedem? X’għallem il-Budda fil-verità, u kemm affettwa t-tagħlim tiegħu fuq il-formazzjoni spiritwali ta’ Ġesù?





Meta fis-sena 2011 ħriġt il-ktieb tiegħi, In-Naħa l-Oħra tal-Istorja Ġudeo-Kristjana, fejn eventwalment sena wara ħareġ bl-Ingliż, bl-isem, The Other Side of the Judeo-Christian History, ma kellix ħjiel kif kien se jintlaqa’ xogħol kontroversjali bħal dan. Dan għaliex kif wieħed jista’ jintebaħ mill-isem tal-ktieb, l-għan ta’ dan l-istudju ma kienx biex iwassal l-istorja Ġudeo-Kristjana kif ġiet mgħoddija lilna mit-tagħlim uffiċjali, imma x’ġie ċċensurat mill-istess storja uffiċjali tar-reliġjon.

Konxju ta’ dan, is-sorpriża tiegħi ma kinitx żgħira hekk kif bdejt nirċievi l-ewwel kummenti pożittivi fuq dan it-trattat. Il-ktieb intlaqa’ tajjeb ħafna, u dan grazzi għall-maturità tal-qarrejja li qraw dan ix-xogħol.Iżda l-istorja ma waqfitx hawnhekk, għaliex maż-żmien, kienu ħafna dawk li ssuktaw javviċinawni u jiktbuli biex isiru jafu aktar fuq dan is-suġġett, speċjalment jekk wara kollox teżistix xi forma ta’ spiritwalità komuni li tmur lil hinn mill-manipulazzjoni umana tar-reliġjon. Kien proprju minħabba f’hekk li eventwalment bdejt naħseb fuq dan il-ktieb, u li minn dan l-aspett, mhux ta’ b’xejn li bħala titlu ddeċidejt li nsemmih Il-Filosofija tal-Ispiritwalità Kożmika, proprju għaliex kif se naraw mal-kors tal-ktieb, teżisti verament spiritwalità waħda u komuni għal kulħadd; spiritwalità kożmika, li fost oħrajn għallmuha l-Budda, Ġesù ta’ Nazaret, u nies kbar oħrajn. 


Kompli Aqra...


The Other side of the 
Judeo-Christian History (2012)



Many of us might have wondered on occasion why the Western world embraces certain traditions and cultures whereas others are cast aside or ignored; why do such different socio-religious exigencies exist? And if everything comes down to us from the past, was there any alternative to how things could have evolved? And if so, what was the reason they did not transpire?







Obviously, these questions are not easy to answer in just a few words. However, in this book we will try to arrive at some answers. We will also try to understand what might have been the fundamental causes which shaped Western culture, otherwise known as the Judeo-Christian tradition; a term that has become rather familiar to us, so much so that today this term has become part of the Western secular language.


                In-Naħa l-Oħra tal-Istorja 
Ġudeo-Kristjana (2011)  
                               
Daħla għall-ktieb               
Kif oriġina l-ewwel ħsieb fuq Alla? Min kien Jaħweh? Min kien Mosè, u minn fejn oriġinaw l-Għaxar Kmandamenti? Min kien Ġesù Kristu verament? X’jgħidu l-vanġeli l-oħra li baqgħu barra mit-Testment il-Ġdid? Min kien San Pawl fil-verità, u liema kienet l-ewwel Knisja qabel dik Kattolika Rumana? Kif oriġina l-pontifikat papali u x’riperkussjonijiet ħalla warajh id-dokument falz li l-Imperatur Konstantinu (suppost) ħalla lill-Knisja għaż-żamma tal-poter? Kollox wasal għandna mill-passat? Kien hemm xi alternattiva oħra kif setgħu żvolġew l-affarijiet? U jekk iva, x’kien il-motiv biex dan ma seħħx? 

Dawn huma xi wħud mill-mistoqsijiet li f'dan il-ktieb se nippruvaw inwiġbuhom anki b'daqqa t'id tal-iskoperti li twettqu f'dawn l-aħħar sekli imma mhux biss, għaliex tul il-qari se niltaqgħu ma' aktar spekulazzjonijiet.


Kultant tisma’ lil xi ħadd isaqsi: imma għaliex id-dinja tal-Punent tħaddan ċerti tradizzjonijiet u kulturi mentri oħrajn twarrabhom jew tinjorahom? U ghaliex jeżistu dawn l-esiġenzi soċjoreliġjużi tant differenti minn xulxin? Kollox wasal għandna mill-passat? Kien hemm xi alternattiva oħra kif setgħu żvolġew l-affarijiet? U jekk iva, x’kien il-motiv biex dan ma seħħx?

 Dawn il-mistoqsijiet mhux lakemm tirrispondihom fi ftit kliem, imma f’dan il-ktieb se nippruvaw nagħmlu mill-aħjar biex naslu għalihom, waqt li se nippruvaw nifhmu wkoll x’setgħu kienu xi wħud minn dawk il-kawżi fundamentali li fuqhom setgħet issawret dik li llum sirna nsejħulha bħala l-Kultura tal-Punent, jew inkella t-tradizzjoni Ġudeo-Kristjana, terminu li sar familjari ħafna magħna l-Ewropej, tant, li llum sar parti mil-lingwaġġ sekulari tal-Punent.

 Iżda jidher li t-termimu “Ġudeo-Kristjan” huwa vag aktar milli wieħed jista’ jimmaġina. Araw x’jifhmu ċerti skulari fuq dan ir-rigward. Pereżempju Dott. Franklin Hamlin Littell (1917-2009), li kien professur tar-reliġjon u promotur tal-Istat Żijonista, kien iddikjara:.






alte vestiga (2008)


Ir-rumanz alte vestiga ta’ Anton Sammut huwa binja monumentali koordinat sa l-aħħar dettall; mhux permezz ta’ żvilupp tradizzjonali ta’ kif aħna imdorrijin nifhmu b’rumanz, iżda bi struttura ta’ viżjoni ġdida li tista’ tgħid tissuġġerixxi saħansitra realtà tar-raba’ dimensjoni.
Il-ktieb huwa tabilħaqq eżempju ta’ narrattiva u karatterizzazzjoni ġdida koordinati perfettament fi struttura aestika mill-aqwa. Huwa rumanz filosofiku b’xi testi filosofici li jagħmel uzu minn principji kulturali, psikoanalitici u “idjosinkrasija ta’ karattri” biex b’hekk tinbena forma ta’ metodoloġija innovattiva ta’ kif għandha tiġi mifhuma d-“djalettika totali” tal-awtur.

Dawn l-istrateġiji attwalment iservu biex jistiednu lill-qarrej sabiex jifhem u jinterpreta r-rumanz bi ħsieb spekulattiv, li jirrifjuta saħansitra l-ewwel stadju tal-interpretazzjoni tar-realtà u li minflok jinterċetta sensiela ta’ kombinazzjonijiet relatati ma’ xulxin li flimkien u ppozizzjonati kif suppost joħolqu forma ta’ sinkretiżmu filosofiku li jrid iwassal l-awtur............






Memories or Recurrent Echoes
is an epic family saga, a highly moving story based in Bavaria, Germany, between 1890 and 1990: a hundred years of love, tragedy, madness and some of the irreconcilable contradictions of existence which mark out Man’s human nature. It ranges over an immensely wide spectrum of human concerns: crucial dilemmas, family ties, the psychological upbringing of children, the relationship between Church and State, and above all everyone’s responsibility to others. 


Throughout the novel, worth is defined by comparison, and the very scale of the novel, which is packed with characters and events, affords much opportunity for this. Dialogue is real speech with all its hesitations, gestures, and passional moments. The principle of the eternal recurrence play a subliminal role, too.............